Raġel ta’ 46 sena residenti l-Mellieħa, għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ dalgħodu, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq San Pawl tal-Qliegħa, Mosta.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura misjuq minn raġel ta’ 43 sena residenti l-Imġarr, u mutur Piaggio misjuq mill-vittma.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza għal kura meħtieġa.
Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.