Ħabta li seħħet għall-ħabta tas-14.15 bejn trakk ERF misjuq minn raġel ta’ 46 sena mill-Belt Valletta u Kia Picanto misjuqa minn raġel ta’ 21 sena mill-Marsa wasslet biex ix-xufier tat-trakk ittieħed l-isptar Mater Dei wara li sofra xi ġrieħi.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.
Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-pulizija, tal-membri tal-protezzjoni ċivili kif ukoll l-assistenza medika.
It-Triq ta’ Ħal Far tinsab magħluqa miż-żewġ naħat.
Aktar dettalji malli jaslulna.