Charles Farrugia, ta’ 44 sena, residenti ż-Żejtun, inżamm taħt arrest wara li ġie akkużat li żamm tnejn min-nies kontra l-volontà tagħhom waqt serqa bi vjolenza minn ħanut f’Ħal Luqa. Il-każ seħħ fl-14 ta’ Ottubru f’supermarket f’Ħal Luqa.
Fil-Qorti nstema’ li, waqt il-hold up, l-akkużat żamm impjegati kontra l-volonta tagħhom, li kellu sikkina bla liċenzja, u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest b’rabta ma’ kżijiet separati tal-2016, tal-2019, u ta’ din is-sena.
Il-Qorti innutat li l-akkużat għandu l-vizzju tad-droga u li setgħet kienet dik ir-raġuni li wasslet biex jiġi akkużat b’serq drabi oħra. Minkejja li huwa wieġeb li mhux ħati għall-akkużi miġjubin kontrih, id-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest.