Brażiljan ta’ 43 sena mill-Imsida jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ u ħabat rasu.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ dalgħodu fi blokka ta’ appartamenti fi Triq tal-Ħriereb, fl-Imsida.
Fi stqarrija l-Pulzija qalet li malli waslu fuq il-post, il-Pulizija nnutaw demm fil-parti tal-komun tal-appartament u hemmhekk sabu lill-vittma bi ġrieħi f’rasu u f’wiċċu. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Mill-ewwel investigazzjonijiet illi saru rriżulta li r-raġel x’aktarx waqa’ u ħabat rasu ma’ bieb ta’ wieħed mill-appartamenti.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Marseann Farrugia, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.