Raġel ta’ 41 sena, li jirrisjedi Birkirkara, sofra xi ġrieħi meta waqa’ madwar sular, waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fis-sit imsemmi. Ir-raġel huwa ta’ nazzjonalità Libjana.
Dan ġara għall-ħabta tas-6.45am fejn il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Notabile, Birkirkara.
Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.