Raġel ta’ 41 sena minn Bormla, ġarrab ġrieħi gravi, wara li kien involut f’argument fl-Isla.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3:15 fi Triq il-Ħabs l-Antik, l-Isla.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li kien qam argument bejn raġel ta’ 41 sena residenti Bormla, raġel ta’ 43 sena residenti l-Isla u mara ta’ 41 sena mill-Isla wkoll.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-aktar kura, fejn aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.