Ilbieraħ, għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Wied Anġlu, in-Naxxar.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li raġel ta’ 41 sena waqa’ minn fuq sellum waqt li kien fuq il-bejt tar-residenza tiegħu. Huwa waqa’ madwar sular għoli.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom għaddejjin.