Raġel ta’ 40 sena, residenti Ħaż-Żabbar, weġġa’ serjament wara inċident bil-mutur fin-Naxxar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħodu fi Triq Tul il-Kosta.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qed isuq mutur tal-għamla Honda, tilef il-kontroll, u waqa’.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u, minnufih ittieħed l-Isptar Mater Dei.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Joseph Mifsud li fetaħ inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.