Libjan ta’ 40 sena jitressaq il-Qorti illum tressaq il-Qorti ta’ Għawdex quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Joanne Vella Cuschieri.
Il-Libjan huwa residenti l-Mellieħa.
Huwa ġie akkużat talli fl-10 ta’ Diċembru 2018, waqt li kien fi Triq il-Qbajjar iż-Żebbuġ, Għawdex, ikkaġuna ħsara ta’ natura gravi fuq il-ġisem jew is-saħħa ta’ persuna oħra, talli saq vettura tal-għamla Ford b’manjiera traskurata, bla kont u perikoluż, talli ġarr strument li jaqta’ u bil-ponta mingħajr liċenzja jew permess mingħand il-Kummissarju tal-Pulizija, talli għamel delitt kontra persuna oħra, talli mingħajr ma darab jew sawwat qabad armi kontra n-nies, talli kiser il-buon ordni jew il-kwiet pubbliku u talli ħebb, inġurja jew hedded persuna oħra.
Il-Libjan ġie akkużat ukoll talli fl-10 ta’ Diċembri 2018, waqt li kien ir-Rabat Għawdex u matul iż- żmienijiet ta’ qabel ġewwa dawn il-gżejjer, kellu fil-pussess tiegħu r-raża tal-kannabis u talli sar riċediv.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi hekk kif miġjuba kontrih u ngħata l-liberta` taħt diversi kundizzjonijiet u ġie ordnat iħallas depositu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €5,000.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.