Raġel ta’ 40 sena mill-Gżira wieġeb li hu ħati wara li fil-Qorti ġie akkużat li s-Sibt filgħodu f’Ħal Luqa hedded lis-sieħba tiegħu u kkawżalha ġrieħi ħfief. Ġie akkużat ukoll li għamel ħsara fil-karozza tagħha filwaqt li kiser il-paċi pubblika.
Fuq ordni tal-Qorti isem ir-raġel ma’ jistax jiġi ppublikat biex titħares l-identità tal-vittma, li hija uffiċjal tal-pulizija. Ir-raġel kien ilu sebgħa snin f’relazzjoni mas-sieħba, u għandhom tifla.
Id-Difiża spjegat li l-akkużat irċieva messaġġ mingħand ħabiba tas-sieħba tiegħu li kien jgħid li hi kienet qed tittradih. Intqal ukoll li, minħabba l-fatt li l-akkużat huwa ffissat fuq is-sieħba, tilifha.
Il-Qorti ħelsitu mill-arrest u ordnatlu ma jagħmilx kuntatt mas-sieħba tiegħu għal sena. Ordnat ukoll li, jekk l-akkużat iwettaq reat fi żmien 30 xahar, jintbagħat 18-il xahar ħabs.