Jon Charles Seabrook, raġel ta’ 38 sena residenti l-Isla, ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fi stqarrija, l-Pulizija qalet li l-aħħar li deher huwa kien liebes kappell kannella, shorts kannella u flokk abjad.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.