Raġel ta’ 36 sena residenti San Pawl il-Baħar qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident stradali fi Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tad-20:40, wara li seħħet ħabta bejn vettura ta’ tip Vauchall Zafira misjuqa minn Ingliż ta’ 23 sena residenti l-Għargħur u mutur ta’ tip Harley Davidson Roadster misjuqa mill-vittma ta’ 36 sena.
Fuq il-postimmedjatament issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna flimkien ma’ ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur
l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.