Keith Vella, ta’ 35 sena minn Ħal Tarxien, baqa’ jinżamm arrestat wara li wieġeb li mhux ħati ta’ akkuzi relatati ma’ allegat stupru u li kkorrompa tfjala ta’ ħmistax-il sena waqt li kienet rieqda fid-dar tiegħu.
Vella, li jaħdem bħala furnar, ġie arrestat nhar l-Erbgħa filgħaxija wara li l-ġenituri tat-tifla għamlu rapport l-għassa li binthom kienet ġiet stuprata mill-akkużat.
Huwa ġie akkużat li stupraha b’subgħu.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li t-tfajla rnexxielha twaqqaf lir-raġel, qajmet lil ħabibtha, u ħadu azzjoni minnufih.
Quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli, ġie spjegat li Vella jinsab f’relazzjoni maz-zija ta’ ħabiba tal-vittma, li fil-ħin li seħħ l-allegat każ kienet rieqda f’kamra oħra.