Għall-ħabta tas-7:20 ta’ dalgħodu, raġel mill-Kosta tal-Avorju li għandu 34 sena ntlaqat minn karozza fi Triq San Luqa l-Pieta limiti ta’ Gwardamangia.
Raġel ittieħed l-isptar Mater Dei wara li ssejħet ambulanza fuq il-post.
Allavolja l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa jidher li r-raġel m’għandux ġrieħi gravi.