Raġel ta’ 34 sena residenti r-Rabat Għawdex, kellu mpatt bil- mutur tal-għamla Keeway Cityblade, ma` Kia Ceed misjuqa minn mara ta’ 25 sena mill- Islovenja.
Dan ġara għall-ħabta tal-5.30pm il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Fortunato Mizzi, il-Victoria Għawdex.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex sabiex jassistu lill-vittma u aktar tard huwa kien iċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.