Spanjol ta’ 34 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument. Il-każ seħħ fit-15.30p.m tal-Erbgħa filgħodu fi Triq Santu Wistin f’San Ġiljan.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-Ispanjol kellu argument ma’ persuna oħra barranija, b’din tal-aħħar ittih daqqa ta’ ponn u taħrab minn fuq il-post.
L-Ispanjol ittieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei għall-kura medika. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.