Raġel ta’ 33 sena, residenti l-Qrendi jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar żewġ sulari f’Ħal Luqa. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu fi Triq il-Paroċċa f’Ħal Luqa.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.