Mearge Haile ta’ 30 sena mill-Eritrea tressaq il-Qorti akkużat bi stupru u vjolenza sesswali fuq mara barranija.
Il-każ allegatament seħħ il-Ġimgħa bejn id-9.00 p.m u nofsillejl f’residenza fi Triq il-Frejgatina f’San Pawl il-Baħar.
Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit huwa kien akkużat ukoll li kkawża lill-vittma biża’ li tintuża l-vjolenza fuqha, li ħebb għaliha kif ukoll li żammha kontra r-rieda tagħha.
Fil-Qorti l-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjba kontrih. L-avukat tal-għajnuna legali Dr Martha Mifsud ma kkontestatx il-validita tal-arrest.
Fid-dawl tal-akkużi gravi ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi John Spiteri u Godwin Scerri