Raġel ta’ 30 sena, residenti Wied il-Għajn, għal xi nofsinhar, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Dom Mintoff, Raħal Ġdid. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Honda Hornet, meta tilef il-kontroll u waqa’.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, u ttieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.