Kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-5:15 ta’ filgħodu fi Triq il-Kosta.
Minn stħarriġ preliminarji jidher li żagħżugħ ta’ 22 sena li joqgħod is-Swieqi, kien qiegħed isuq vettura tat-tip
Volkswagen Golf fid-direzzjoni lejn il-Qawra meta tilef il-kontroll tal-karozza u ħabat fil-barrikati tul it-triq.
Fil-karozza mas-sewwieq kien hemm żewġt irġiel passiġġiera mill-Bangladesh. Wieħed mill-passiġġiera li għandu 30 sena sofra xi ġrieħi u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li ż-żewġ persuni l-oħra ma sofrew l-ebda ġrieħi.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.