Raġel ta’ 30 sena minn Raħal Ġdid jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet ambulanza fuqu f’garaxx li jinsab fi Triq l-Industrija, f’Ħal Qormi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00 p.m. meta r-raġel indarab gravi meta waqgħet fuqu ambulanza li kien qed jagħmel xi xogħol fuqha.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lill-midrub.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Dr. A.M. Grima fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
Xhieda fuq il-post qalulna li sabuh mgħaffeġ taħt l-ambulanza.
Il-Mechanic ta’ ma ‘ ġenbu sabu hemm, reġa għolla l-ambulanza u kaxkru minn taħtha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.