Raġel ta’ 30 sena min-Naxxar jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn żiemel.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:30 ta’ dalgħodu f’kumpless li jinsab fi Triq Ħal Farruġ fis-Siġġiewi.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.