Raġel ta’ disgħa u tletin sena minn Birkirkara weġġa gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija, tilef il-kontroll ta’ mutur li kien qed isuq fl-Imqabba.
Il-Pulizija minnufih waslu fuq il-post, u minn stħarriġ preliminari jidher li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur, liema mutur tkaxkar u kellu impatt ma’ Ford Fiesta li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ tletin sena miż-Żurrieq.
Fuq il-post issejħu wkoll tim mediku u ambulanza, li ħadu lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.