Raġel ta’ 29 sena minn Ħal Qormi ġarrab ġrieħi gravi wara ħabta bejn mutur u karozza fi Triq il-Wied, Ħal Qormi, li seħħet dalgħodu għall-ħabta tat-8:00 a.m.
Minn stħarriġ preliminari tal-Pulizija jirriżulta li l-inċident seħħ bejn mutur Honda misjuq mill-vittma u karozza Ford Transit li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 34 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.
Tim mediku mar immedjatament fuq il-post u l-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin.