Raġel ta’ 27 sena residenti Marsaxlokk ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ bejn vettura tal-għamla Volkswagen Golf misjuqa minnu u vettura Vauxhall Astra misjuqa minn raġel ta’ 30 sena minn Ħaż-Żabbar.
Dan ġara kmieni dalgħodu għall-ħabta ta’ nofsillejl fi Triq tal-Barrani, iż-Żejtun.
Fuq il-post issejaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex jassistu lir-raġel ta’ 27 sena.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.