Iż-żagħżugħ ta’ 26 sena li nstab mejjet fiċ-ċella – neħħa ruħu b’idejh jum biss wara li ntbgħat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Il-priġunier li huwa Malti nstab mitluf minn sensih u minnufih ingħata l-ewwel għajnuna mill-uffiċjal korrettiv sakemm ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn wara ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Jidher li ż-żagħżugħ daħal il-ħabs it-Tnejn li għadda u kien beda jiskonta sentenza ta’ sitt snin ħabs b’rabta ma’ każ ta’ stupru. Ma’ dik il-perjodu ta’ priġunerija ġiet effettiva sentenza ta’ sentejn ħabs b’rabta ma’ reat ta’ vjolenza domestika.
Dwar dan il-każ għaddejja inkjesta.