Libjan ta’ 24 sena ttieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ xi ġebel fuqu f’sit ta’ kostruzzjoni fl-Imsida.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-15:00 fi Triq Nazju Falzon, l-Imsida, fejn ir-raġel kien għaddej b’xi xogħlijiet.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u xi Pulizija biex jagħtu l-ewwel għajnuna lill-vittma.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.