Raġel Sirjan ta’ 23 sena, li hu residenti Raħal Ġdid, kellu jiġi rikoverat fl-Isptar Mater Dei wara li idu nqabdet bejn gallarija u cherry-picker, li kien qed jaħdem fuqu.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart ta’ waranofsinhar fi Triq Dun Vinċenz Saliba fis-Swatar, limiti ta’ Birkirkara, kantuniera ma’ Triq il-Qattus.
Is-Sirjan, li ma setax jinqala’, kellu jiġi assistit mill-Membri tal-Protezzjoni Ċivili, waqt li ngħata l-ewwel kura fuq il-post, iżda mbagħad ittieħed l-Isptar b’ambulanza.
Waqt li l-kundizzjoni tiegħu kienet għadha mhux magħrufa eżatt, jirriżulta lil ONE News li ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.