Raġel ta’ 23 sena residenti Ħal Lija, safa milqut minn vettura, illum għal ħabta tal-11.15am, fi Triq iċ-Ċinju, il-Mosta.
Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li r-raġel kien qiegħed jaqsam it-triq meta għal xi raġuni ntlaqat minn vettura tat-tip Nissan Micra. Il-vettura kienet misjuqa minn raġel ta’ 23 sena, residenti l-Mosta.
Il-vittma ġie meħud l-isptar Mater Dei għal kura fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.