Raġel indarab hekk sofra xi ħruq fir-residenza tiegħu li tinsab fi Triq San Tumas il-Fgura.
Dan ġie kkonfermat mill-pulizija.
Qed jiġi rrappurtat li l-inċent seħħ għal ħabta tal-11:15 a.m. u li fuq il-Post isejħet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili.
Rapporti fil-midja qed jgħidu li l-vittma ttieħed l-isptar għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.