Rumen ta’ 31 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn mutur tal-għamla Honda DK5631 misjuq minn Taljan ta’ 41 sena li joqħod San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:10 tat-Tlieta filgħaxija fi Triq il-Qawra, San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet il-vittma l-isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.