Raġel ta’ 56 sena li jgħix Birkirkara weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Santa Venera.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8:30 ta’ filgħaxija fi Triq il-Ferrovija.
Fuq il-post tal-inċident marru l-pulizija, fejn mill-ewwel stħarriġ indika li r-raġel intlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 61 sena li jgħix Ħal Balzan.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.