Il-Pulizija arrestat raġel Serb li bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda allegatament darab barman Malti tant li qed jissielet għal vista f’għajn minnhom.
Il-vittma huwa Ryan Magro ta’ 27 sena u l-inċident seħħ f’bar f’San Pawl il-Baħar. Magro ħareġ mill-isptar illum iżda fadallo operazzjoni oħra pitgħada.
Aktarx li l-attakk fuq Magro seħħ meta dan mar jinforma lil sid il-ħanut li kien hemm żewġ Serbi qed idejqu lin-nies.
Magro huwa gitarrist li kemm-il darba daqq ma’ artisti Maltin, fosthom Claudia Faniello.