Ronald Mallia ngħata l-ħelsien mill-arrest b’garanzija personali ta’ €20,000 wara li wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih wara li l-ġimgħa li għaddiet għamel theddida ta’ bomba li ma kinitx veru fuq vapur tal-Gozo Channel.
Il-Prosekuzzjoni qalet li din it-telefonata qajmet kjass sħiħ fil-pajjiż dan hekk kif kien hemm turisti li tilfu t-titjiriet tagħhom, ikkawża inkonvenjent qawwi kemm lill-passiġġieri li riedu jaqsmu bejn Malta u Għawdex għal raġunijiet ta’ saħħa kif ukoll affetwa ħażin lill-ekonomija Għawdxija minħabba li konsegwenza tal-azzjoni tal-imputat twaqqfu ħesrem il-vjaġġi bejn Malta u Għawdex.
Wara li evalwat kollox, il-Qorti ordnat lil Mallia jiddepożita l-passaport u dokument legali ieħor inkluż il-karta tal-identità, li ma jkellimx lix-xhieda, li ma jwettaqx reat kriminali ieħor, li jiffirma darbtejn fil-ġimgħat fl-Għassa tal-Mosta u li jkun id-dar sad-21:00 ta’ filgħaxija u li jhallas garanzija personali ta’ 20,000 ewro.
Intant jidher li l-Pulizija għaddejja bi tfittxija għal mara Għawdxija. Dan hekk kif allegatament it-telefonata saret wara li hi talbet biex isir dan sabiex ma tattendix għal kawża fil-Qorti f’Malta.