Raġel ta’ 28 sena kellu jittella’ mill-baħar f’Għajn Tuffieħa wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum. Dan wara li surfer li kien fuq il-post lemaħ lir-raġel u kien għalekk li ġibed l-attenzjoni sabiex jiġi assistit.
Fuq il-post issejħu membri mis-soċjetà tas-Salib l-Aħmar sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna flimkien ma’ ambulanza mill-isptar Mater Dei.
Minkejja li qed jittajru żewġ bnadar ħomor, kawża tar-riħ qawwi li qed jolqot l-inħawi, xorta hemm min ppersista u niżel jgħum.
Kelliem għas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar appella mal-għawwiema kollha sabiex jimxu mal-istruzzjonijet tal-lifeguards sabiex jiġu evitati d-disgrazzji.