Raġel ġie salvat wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum f’Għajn Tuffieħa. Ir-raġel huwa mill-Pakistan u ghandu madwar 30 sena.
Huwa ttella’ mill-baħar minn lifeguards tar-Red Cross fejn tawh ukoll l-ewwel għajnuna sakemm wasal tim mediku mill-isptar Mater. Fuq il-post tal-inċident kien hemm ukoll tabib li nzerta kien fuq il-post li assista fil-kura tal-vittma sakemm waslet l-ambulanza fuq il-post.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-raġel ittieħed l-Isptar permezz ta’ ambulanza.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.