Raġel ta’ 32 sena minn Ħal Qormi qed isofri ġrieħi gravi wara li nqabdet idu f’makkinarju.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-tmienja u nofs, fi Triq Sqaq iż-Żiemel, Ħal Qormi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex jassisti, kif ukoll il-uffiċjali mill-Korp tal-Pulizija u l-Protezzjoni Ċivili.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ġiet infurmata wkoll l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol.