Raġel ta’ 34 sena minn Bali qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Gżira.
Il-każ seħħ it-Tnejn għal ħabta tad-9:15 ta’ filgħodu fi Triq ir-Rebħa l-Gżira.
Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru urew kif ir-raġel weġġa’ wara waqa’ xi materjal fuqu.
Fuq il-post mar tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.