Bulgaru ta’ 50 sena qed jinżamm taħt arrest preventiv wara li fil-Qorti affaċċja akkużi marbuta ma’ vjolenza domestika.
Il-Ħadd il-Qorti semgħet kif ir-raġel allegatament iffastidja lill-eks sieħba tiegħu, beżżagħha li se tintuża l-vjolenza kontriha, ħebb għaliha u kkawżalha ġrieħi ħfief u heddidha permezz ta’ apparat elettroniku.
Huwa ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih u ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest fil-Qorti.