Raġel barrani qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien attakkat b’oġġett jaqta’ u bil-ponta il-bieraħ filgħaxija f’Tas-Sliema. L-inċident seħħ għal-ħabta tad-9.30 ta’ filgħaxija fi Triq ix-Xatt f’Tas-Sliema meta għal xi raġuni mhux magħrufa raġel ieħor ferieħ.
L-aggressur ħarab minnufih minn fuq il-post u għadu qed jiġi mfittex mill-pulizija.