Raġel Svediż ġie ordnat iħallas il-ħsara li għamel f’pavimentar mal-funtana Tritoni tal-Belt Valletta.
Marcus Wilhelm Einar Nordqvist ta’ 31 sena, mill-Iżvezja ġie akkużat li għamel ħsara fuq propjetà pubblika kif ukoll li għex ħajja għażżiena.
Quddiem il-Maġistrat Grazio Mercieca, Nordqvist ammetta l-akkużi miġjuba kontrieh u b’mod sarkastiku wieġeb iva naf li ħammiġt it-toroq.
Il-Qorti ordnat lill-Isvediż iħallas is-somma ta’ €150 kif ukoll tagħtu sentenza ta’ xahar ħabs sospiża għal sena. Ir-raġel saħaq li m’għandu lil ħadd f’pajjiżu ħlief lil ommu.