Christoper Dalli ta’ sebgħa u erbgħin sena minn Ħaż-Żebbuġ ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li kkorrompa ħames subien. Huwa ġie mixli wkoll li kellu x’jaqsam sesswalment magħhom u li ġiegħelhom jieħdu sehem f’attivitajiet sesswali miegħu.
Ir-raġel ġie mixli wkoll li ħajjar ġuvni ta’ tlettax-il sena biex jieħu sehem f’show pornografiku u li pproduċa jew ffaċilità ċ-ċirkolazzjoni ta’ materjal indeċenti. Ir-raġel tressaq il-qorti wara li r-raġel bagħat filmat espliċitu tiegħu lil tifel ta’ tlettax-il sena. Fil-Qorti ntqal li kienu dawn il-filmati li waslu lill-akkużat quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech. Id-difiża qalet li l-akkużat mhux qed jammetti l-akkużi migjuba kontrih iżda ma talbietx għall-helsien mill-arrest.
Hija talbet biex isir evalwazzjoni psikoloġika tal-akkużat. Uħud mill-vittmi llum huma adulti u għandhom il-familji tagħhom. Il-Qorti ordnat li l-ismijiet tal-vittmi ma jixxandrux.