Raġel akkużat bi vjolenza domestika ngħata l-libertà proviżorja wara li l-Qorti semgħet li l-akkużat kien emozzjonalment imkisser wara li qatta’ l-aħħar ġimagħtejn il-ħabs.
Il-mara kienet qalet lill-qorti li kienet f’relazzjoni abbużiva mir-raġel, li miegħu kienet ilha miżżewġa għal madwar 13-il sena. Hija qalet li waqt argument minnhom l-akkużat kien allegatament qabad sikkina u hedded lill-mara biha.
Il-Qorti tat il-ħelsien mill-arrest lir-raġel b’depożitu ta’ ħames mitt ewro u garanzija personali ta’ għaxart elef ewro.