Il-Qorti Kostituzzjonali għadha kif semgħet l-aħħar ftit argumenti fuq jekk Christopher Guest More għandux jiġi estradit lejn ir-Renju Unit biex jittella’ l-qorti fuq akkużi ta’ omiċidju.
Guest More qiegħed jaffaċja sentenza ta’ għomor ħabs għall-omiċidju ta’ Brian Waters, bidwi tal-kannabis li seħħ fl-elfejn u tlieta.
Tliet irġiel oħra diġa qegħdin jiskontaw sentenza ta’ għomor ħabs li l-età tagħhom tvarja bejn il-wieħed u erbgħin u sitta u disgħin sena.
Waters kien ittorturat u msawwat sakemm miet quddiem uliedu li kienu mġiegħla jaraw l-omiċidju.
Huwa mifhum li l-irġiel kienu qegħdin jitolbu l-flus mingħand il-vittma.
Mill-elfejn u tlieta ‘l hawn Guest More kien fuq il-lista tal-aktar nies imfittxija fl-Ewropa. Hu kien arrestat fl-elfejn u dsatax f’operazzjoni konġunta mal-pulizija Ingliża wara li kien qiegħed juża isem ieħor.
Id-deċiżjoni ser tittieħed fis-sebgħa u għoxrin ta’ Marzu.