Il-Pulizija qed tkellem raġel b’rabta ma’ investigazzjoni ta’ każ ta’ moħqrija ta’ qtates, fil-Belt Valletta, wara rapporti u ritratti li qed jiċċirkolaw fuq il-midja soċjali dwar il-qtil ta’ tlett iqtates.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ ONE News li l-Pulizija rċeviet rapport li nsteraq qattus u rapport ieħor li nstab qattus mejjet fil-baħar.
Il-qattus instab mejjet fil-baħar fiż-żona tal-Fossa fil-Belt Valletta.
Dan il-każ isegwi ieħor xokkanti li seħħ Bormla, fejn il-qattus Tommy inħaraq ħaj.
Dwar il-każ tat-tlett iqtates fil-Belt, il-Pulizija fetħet inkjesta maġisterjali, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ tal-ħruq ta’ qattus f’Bormla wkoll għadhom għaddejjin.