Raġel ta’ 29 sena mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard illum wara li kien arrestat fuq rapport ta’ vjolenza domestika.
Ir-rapport sar minn mara ta’ 27 sena flimkien mal-ġenituri tagħha fil-konfront tas-sieħeb tagħha.
Liema rapport kien jikkonsisti f’biża’ ta’ vjolenza kif ukoll fastidju fil-konfront tagħhom tul medda ta’ snin, kif ukoll sekwestru tal-mara.
Fi stqarrija, il-pulizija spjegat li l-vittmi ġew akkumpanjati fid-Depot tal-Pulizija mill-uffiċjali tal-Iskwadra ta’ Kontra l-Vjolenza Abbażi ta’ Ġeneru u Vjolenza Domestika, fejn hemmhekk ingħataw l-attenzjoni kollha f’kamra apposta, mgħammra bil-faċilitajiet kollha meħtieġa.
Dan ifisser li din l-iskwadra li bdiet topera mill-1 ta’ Ottubru, 2020, investigat b’suċċess rapport ta’ biża’ ta’ vjolenza u fastidju.