Raġel ta’ 64 sena mis-Sannat jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat, Għawdex.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6.30 ta’ filgħaxija fi Triq Għajn Qatet.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-pulizija marret immedjatament fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Starlet, misjuqa minn raġel ta’ 46 sena li joqgħod il-Fontana, u mutur Kymco, misjuq mill-vittma.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-isptar.
Il-Maġistrat tal-Għassa Bridgette Sultana ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.