Raġel ta’ 30 sena minn Wied il-Għajn weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fiż-Żejtun.
L-Inċident seħħ fis-6.45 tal-Ġimgħa filgħaxija fi Triq Ta’ Għar Dalam.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Passo misjuqa minn mara ta’ 27 sena mir-Rabat u mutur Yamaha li kien qed jinstaq mir-raġel.
Tim mediku ta l-ewwel għajnuna lill-vittma li ttieħed l-Isptar Mater Dei għal kura. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.