Raġel ta’ 26 sena mill-Tal-Pietà qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9 ta’ filgħaxija fi Triq Testaferrata kantuniera ma’ Triq Enrico Mizzi, Ta’ Xbiex. Il-Pulizija marret fuq il-post immedjatament fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur tat-tip Honda, misjuq mir-raġel u vann li telaq minn fuq il-post tal-inċident.
Tim mediku assista lir-raġel fuq il-post u ħadu lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin.