Twanny Marmara huwa r-raġel li sfortunatament tilef ħajtu kmieni dalgħodu f’inċident tat-traffiku fir-Rabat.
Twanny kien magħruf minn kulħadd bħala ‘l-Għasfur’ u bosta sellmu l-memorja tiegħu fuq il-medja soċjali.
Il-każ seħħ għall-ħabta tan-12.30 ta’ dalgħodu fi Triq it-Telgħa tas-Saqqajja, ir-Rabat.
Il-Pulizija ssejħet fuq il-post, minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li l-vittma ntlaqat minn karozza tal-għamla Peugeot 208 misjuqa minn ġuvni ta’ 20 sena mill-Qrendi.
Tim mediku mill-Isptar Mater Dei ta l-ewwel għajnuna, iżda, b’xorti ħażina r-raġel ġie iċċertifikat mejjet fuq il-post.
Dwar dan il-każ inħatret inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Rachel Montebello. Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.
Ritratti: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta